EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0274
Council Decision (EU) 2019/274 of 11 January 2019 on the signing, on behalf of the European Union and of the European Atomic Energy Community, of the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/274 tal-11 ta' Jannar 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/274 tal-11 ta' Jannar 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU L 47I, 19.2.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/01/2020
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/274/oj
19.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 47/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/274
tal-11 ta' Jannar 2019
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”) f'konformità mal-Artikolu 50 TUE, li japplika għall-Euratom bis-saħħa tal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(2) |
Fit-22 ta' Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju Unit għal ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, li jieħu kont tal-qafas għar-relazzjoni futura tiegħu mal-Unjoni. |
(3) |
In-negozjati saru fid-dawl tal-linji gwida tad-29 ta' April u l-15 ta' Diċembru 2017 u tat-23 ta' Marzu 2018 ipprovduti mill-Kunsill Ewropew bl-objettiv ġenerali li jiġi żgurat ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom. |
(4) |
Fil-25 ta' Novembru 2018, il-Kunsill Ewropew approva l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim”). |
(5) |
Ladarba ġew konklużi n-negozjati, il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 50 tat-TUE japplika għall-Euratom. |
(7) |
Il-Ftehim jipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni li matulu – minkejja l-konsegwenzi kollha tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni – id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-ftehimiet internazzjonali, se jkun applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni u l-Euratom, tinnotifika lill-partijiet l-oħra għal dawn il-ftehimiet li r-Renju Unit għandu jiġi ttrattat bħala Stat Membru għall-finijiet ta' dawk il-ftehimiet matul il-perjodu ta' tranżizzjoni. |
(8) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 185 tal-Ftehim jipprevedi li, meta tagħmel in-notifika bil-miktub dwar it-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji tagħha, l-Unjoni, fir-rigward ta' kwalunkwe Stat Membru li jkun ressaq raġunijiet relatati ma' prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, tista' tiddikjara li, waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, minbarra r-raġunijiet għan-noneżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew imsemmija fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (1), l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni ta' dak l-Istat Membru jistgħu jirrifjutaw li jikkonsenjaw iċ-ċittadini tiegħu lir-Renju Unit taħt Mandat ta' Arrest Ewropew. Huwa, għalhekk, xieraq li tiġi stabbilita skadenza li fil-limiti tagħha l-Istati Membri li għandhom il-ħsieb li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar dan. |
(9) |
Kif previst fl-Artikolu 50(4) TUE, ir-Renju Unit ma ħax sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill li jikkonċernaw din id-Deċiżjoni u lanqas fl-adozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni huma b'dan awtorizzati li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Artikolu 3
Immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet l-oħra għall-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2 tal-Ftehim, li, soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jiġi trattat bħala Stat Membru għall-finijiet ta' dawk il-ftehimiet internazzjonali matul il-perjodu ta' tranżizzjoni.
Artikolu 4
Dawk l-Istati Membri li għandhom il-ħsieb li jużaw il-possibbiltà prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 185 tal-Ftehim għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-ħsieb tagħhom li jagħmlu dan qabel il-15 ta' Frar 2019.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 006 p. 34).